Kawża T-227/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Haverkamp IP vs EUIPO – Sissel (Tapit tas-saqajn) (“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tapit tas-saqajn — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Grad ta’ libertà tal-kreatur — Prova tas-saturazzjoni tal-iktar teknoloġiji avvanzati — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)
C2762018MT3910120180621MT0065391391
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2018 – Haverkamp IP vs EUIPO – Sissel (Tapit tas-saqajn)
(Kawża T-227/16) ( 1 )
“(“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tapit tas-saqajn — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Grad ta’ libertà tal-kreatur — Prova tas-saturazzjoni tal-iktar teknoloġiji avvanzati — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)”2018/C 276/65Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Haverkamp IP GmbH (Kindberg, l-Awstrija), awtorizzata sabiex tissostitwixxi lil Reinhard Haverkamp (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 (Każ R 2618/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sissel u R. Haverkamp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Haverkamp IP GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 243, 4.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy