19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/47
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T-232/16 P
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 63 tas-27 ta’ Frar 2017 )
(2017/C 195/62)
L-avviż fil-ĠU dwar il-Kawża T-232/16 P, Il-Kummissjoni vs Frieberger u Vallin, għandu jaqra kif ġej:
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni vs Frieberger u Vallin
(Kawża T-232/16 P) (1)
((Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Żieda fl-età tal-irtirar - Deċiżjoni li tirrifjuta li tiġi kkalkolata mill-ġdid l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni - Prinċipju ta’ ne ultra petita - Żball ta’ liġi - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2017/C 063/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewopea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)
Appellati: Jürgen Frieberger (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju), Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni (F-3/15, EU:F:2016:26), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.
Dispożittiv
1.
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni (F-3/15), hija annullata.
2.
Ir-rikors ippreżentat minn Jürgen Frieberger u minn Benjamin Vallin quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-3/15 huwa miċħud.
3.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura ta’ appell.
4.
J. Frieberger u B. Vallin huma kkundannati jbatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, inklużi l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
5.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati kemm mal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ din il-proċedura.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy