14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Ruiz Molina vs EUIPO
(Kawża T-233/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-isem tal-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali suċċessiva - Xoljiment tal-kuntratt b’applikazzjoni tal-klawżola ta’ xoljiment - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat - Awtorità ta’ res judicata - Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2017/C 269/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)
Appellat: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-2 ta’ Marzu 2016, Ruiz Molina vs UASI (F-60/15, EU:F:2016:28), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
José Luis Ruiz Molina għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.