7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ġunju 2017 – Biogena Naturprodukte vs EUIPO (ZUM wohl)
(Kawża T-236/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZUM wohl - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Riferiment għan-nota ppreżentata quddiem il-Bord tal-Appell riprodotta fir-rikors - Provi annessi mat-talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali”])
(2017/C 256/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biogena Naturprodukte GmbH & Co KG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Schiffer u G. Hermann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 1982/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ZUM wohl bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Biogena Naturprodukte GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 4.7.2016.