22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Entreprise commune Clean Sky 2 vs Scouring Environment
(Kawża T-238/16) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”])
(2017/C 161/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Entreprise commune Clean Sky 2 (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Mastantuono, aġent, assistit minn M. Velardo,)
Konvenuta: Scouring Environment SARL (Tauriac, Franza)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna ta’ Scouring Environment sabiex tirrimborsa l-ammont tad-depożitu mħallas fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju Nru 287071, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Scouring Environment SARL hija kkundannata tirrimoborsa lill-impriża konġunta Clean Sky 2 is-somma ta’ EUR 60 000, flimkien mal-interessi moratorji b’rata ta’ 3,65 % fis-sena, mit-12 ta’ Settembru 2014 sad-data talħlas sħiħ tad-dejn
2)
Scouring Environment hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.