28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Freddo vs EUIPO – Freddo Freddo (Freggo)
(Kawża T-243/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea freggo - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea TENTAZIONE FREDDO FREDDO - Motiv assolut għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 283/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Freddo SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Freddo Freddo, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. F. Gallego Jiménez u C. Marí Aguilar, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Frar 2016 (Każ R 919/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Freddo Freddo SL u Freddo SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Freddo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 04.07.2016