29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Spadafora vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-250/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda ta’ rikors tal-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli u bħala manifestament infondat - Talba għal annullament - Impjieg ta’ kap ta’ unità ‘Konsulenza legali’ fi ħdan l-OLAF - Proċedura ta’ selezzjoni - Bord ta’ preselezzjoni - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ristretta ta’ kandidati proposti bil-ħsieb tal-intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra - Imparzjalità - Talba għal kumpens - Telf ta’ opportunità - Kawża fi stat li tiġi deċiża”))
(2018/C 032/35)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Sergio Spadafora (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Gattinara u C. Berardis-Kayser, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Appell minn digriet tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016, Spadafora vs Il-Kummissjoni (F-44/15, EU:F:2016:69), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016, Spadafora vs Il-Kummissjoni (F-44/15), huwa annullat, bl-eċċezzjoni taċ-ċaħda bħala manifestament inammissibbli tat-talba għal dikjarazzjoni li, bis-saħħa tal-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014, li biha d-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ħatar lil D fil-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF, u tad-Deċiżjoni Ares(2015) 43686, tal-5 ta’ Jannar 2015, ta’ K. Georgieva, viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti R/994/14, il-proċedura ta’ selezzjoni kienet ivvizzjata minn illegalità sa mill-mument li l-illegalità avverat ruħha.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014, li biha d-Direttur Ġenerali tal-OLAF ħatar lil D. fil-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF, hija annullata.
4)
Id-Deċiżjoni Ares(2015) 43686, tal-5 ta’ Jannar 2015, ta’ K. Georgieva, viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti R/994/14, hija annullata.
5)
Ir-rikors fl-ewwel istanza huwa miċħud safejn Sergio Spadafora jitlob kumpens għad-danni materjali naxxenti mit-telf ta’ opportunità li jintgħażel sabiex jokkupa l-post ta’ kap tal-unità “Konsulenza legali” tad-dipartiment “Appoġġ għall-investigazzjonijiet” tal-OLAF.
6)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell u għal dawk marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016.