31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – Mediterranean Premium Spirits vs EUIPO – G-Star Raw (GINRAW)
(Kawża T-258/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GINRAW - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea RAW - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2017/C 249/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mediterranean Premium Spirits, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. A. Mora Granell u J. Romaní Lluch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral u K. Sidat Humphreys, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: G Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Dijkman u J. van Manen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1583/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw u Mediterranean Premium Spirits.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mediterranean Premium Spirits, SL hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-EUIPO u G-Star Raw CV.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016