12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/16) (1)
((“FAEG u FAEŻR - spejjeż esklużi mill-finanzjament - Għajnuna diretta diżakkoppjata - Spezzjonijiet fuq il-post - Telerilevament - Evalwazzjoni ta’ fatturi ta’ riskju - Miżuri korrettivi li għandhom jiġu adottati mill-Istat Membru kkonċernat - Valutazzjoni tad-danni finanzjarji - Proporzjonalità”))
(2018/C 408/59)
Lingwa tal-proċedura: l-Iżvediż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment L. Swedenborg, A. Falk, N. Otte Widgren, C. Meyer-Seitz u U. Persson, sussegwentement L. Swedenborg, A. Falk, u C. Meyer-Seitz, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u K. Simonsson, aġenti)
Parti intervenjenti, inostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Vláčil, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta’ Marzu 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16), inkwantu tikkonċerna l-għajnuna diretta diżakkoppjata mħallsa lir-Renju tal-Isvezja għal ammont totali ta’ EUR 8 811 286,44 għas-sena ta’ talba 2013 u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-imsemmija għajnuna diretta diżakkoppjata eskluża mill-finanzjament sabiex jiġi stabbilit għal EUR 1 022 259,46.
Dispositif
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta’ Marzu 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn din tirrigwarda l-għajnuna diretta diżakkoppjata mħallsa lir-Renju tal-Isvezja għal ammont totali ta’ EUR 8 811 286,44 għas-sena ta’ talba 2013.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Isvezja.
3)
Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 305, 22.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy