6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-261/16) (1)
([“FEAG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Skema ta’ appoġġ dirett għal bdiewa - Regolamenti (KE) Nri 73/2009 u 1122/2009 - Sistema ta’ kwoti tal-ħalib - Regolamenti (KE) Nri 1788/2003 u 595/2004 - Sostituzzjoni ta’ kontrolli fil-post tal-irziezet b’kontrolli amministrattivi”])
(2017/C 374/48)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Lewis, G. Braga da Cruz u J. Guillem Carrau, sussegwentement A. Lewis u B. Rechena, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16), inkluż dak imwettaq mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest ta’ “Għajnuna Diretta Oħra – Artikol[i] 68-72 tar-Regolament [Nru] 73/2009” għas-snin finanzjarji 2011 sa 2013 għas-somma totali ta’ EUR 385 762,22.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 25.7.2016.