26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – Globo Media vs EUIPO – Globo Comunicação e Participações (GLOBO MEDIA)
(Kawża T-262/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GLOBO MEDIA - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TV GLOBO PORTUGAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 202/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globo Media, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Estropá Navarro u J. Calderón Chavero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u B. Uriarte Valiente, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Globo Comunicação e Participações S/A (Rio de Janeiro, il-Brażil)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Marzu 2016 (Każ R 0561/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Globo Comunicação e Participações u Globo Media.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Globo Media, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.