27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-270/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza - Atti kontra d-dinjità tas-servizz pubbliku - Disseminazzjoni ta’ proposti inġurjużi fil-konfront ta’ uffiċjal ieħor - Proċedura dixxiplinari - Investigazzjoni fil-forma ta’ eżami tal-fatti - Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira - Irregolarità proċedurali - Konsegwenzi tal-irregolarità”))
(2017/C 095/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-23/15, EU:F:2016:65), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F 23/15, EU:F:2016:65) hija annullata sa fejn din tiċħad it-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ April 2014 li timponi ċanfira fuq Petrus Kerstens.
2)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li timponi ċanfira fuq Kerstens hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy