26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Sun Media vs EUIPO – Meta4 Spain (METAPORN)
(Kawża T-273/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea METAPORN - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedenti META 4 u figurattivi preċedenti meta4 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Xebh tas-servizzi - Kunċett ta’ servizzi komplementari - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))
(2018/C 072/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Media Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Schnider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meta4 Spain, SA (Las Rozas, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Kawżi magħquda R 653/2015-2 u R 674/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meta4 Spain u Sun Media,
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sun Media Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 25.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy