4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Saleh Thabet et vs Il-Kunsill
(Kawża T-274/16 u T-275/16) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Iffriżar ta’ fondi - Għanijiet - Kriterji ta’ inklużjoni tal-persuni kkonċernati - Proroga tal-inklużjoni tar-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati - Bażi fattwali - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Bażi legali - Proporzjonalità - Dritt għal smigħ xieraq - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))
(2019/C 44/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti fil-Kawża T-274/16: Suzanne Saleh Thabet (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, G. Martin, M. Rushton u C. Enderby Smith, solicitors)
Rikorrenti fil-Kawża T-275/16: Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr), Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr), Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh (il-Kajr), Khadiga Mahmoud El Gammal (il-Kajr) (rappreżentanti: B. Kennelly, J. Pobjoy, G. Martin, M. Rushton u C. Enderby Smith)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou u M. Veiga, sussegwentement S. Kyriakopoulou u J. Kneale, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/411 tat-18 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2016, L 74, p. 40), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/496 tal-21 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2017, L 76, p. 22) u, it-tielet nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/491 tal-21 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2017, L 76, p. 10), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-274/16 u T-275/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.
2)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
3)
Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh u Khadiga Mahmoud El Gammal huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 25.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy