30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Viridis Pharmaceuticals vs EUIPO – Hecht-Pharma (Boswelan)
(Kawża T-276/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ skadenza - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Boswelan - Dikjarazzjoni ta’ skadenza - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Assenza ta’ raġunijiet ġusti għan-nuqqas ta’ użu”])
(2017/C 369/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Viridis Pharmaceutical Ltd. (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hecht-Pharma GmbH (Hollnseth, Il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Sachs u J. Sachs, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Frar 2016 (Każ R 2837/2014-5), dwar proċedura ta’ skadenza bejn Hecht-Pharma et Viridis Pharmaceutical.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Viridis Pharmaceutical Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016.