5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – GeoClimaDesign vs EUIPO – GEO (GEO)
(Kawża T-280/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GEO - Motivi assoluti ta’ rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))
(2018/C 042/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GeoClimaDesign AG (Fürstenwalde/Spree, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Lanz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: GEO Gesellschaft für Energie und Oekologie GmbH (Langenhorn, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1679/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn GEO u GeoClimaDesign.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
GeoClimaDesign AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.