27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Solelec et vs Il-Parlament
(Kawża T-281/16) (1)
([“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet ta’ elettriku (vultaġġ qawwi) fil-kuntest tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ rinnovament tal-bini Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kriterji ta’ selezzjoni - Kapaċità teknika u professjonali - Kriterji ta’ għoti - Offerta anormalment baxxa - Valur tal-kuntratt”])
(2017/C 402/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Solelec SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu), Paul Wagner et fils SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Socom SA (Foetz, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Marx, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Mraz u L. Chrétien, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Parlament, tas-27 ta’ Mejju 2016, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti għal-Lott Nru 75 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-15-AO6, intitolata “Elettriku – vultaġġ qawwi”, dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ rinnovament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tagħti dan il-lott lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Solelec SA, Mannelli & Associés SA, Paul Wagner et fils SA u Socom SA huma kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.