7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Kneidinger vs EUIPO – Topseat International (sedil tat-toilet)
(Kawża T-286/16) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta sedil tat-toilet - Disinn Komunitarju preċedenti - Motiv għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])
(2017/C 256/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ernst Kneidinger (Wilhering, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Grötschl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Topseat International (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Eckhartt, A. von Mühlendahl, u P. Böhner, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2016 (Każ R 1030/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Topseat Internazzjonali u E. Kneidinger.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ernst Kneidinger huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 260, 18.7.2016.