Kawża T-288/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Convivo vs EUIPO – Porcesadora Nacional de Alimentos (M’Cooky) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali M’Cooky — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MR.COOK — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni”)
C2002018MT3220120180426MT0040322332
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Convivo vs EUIPO – Porcesadora Nacional de Alimentos (M’Cooky)
(Kawża T-288/16) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali M’Cooky — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MR.COOK — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni”)”2018/C 200/40Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Convivo GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Düchs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Porcesadora Nacional de Alimentos C.A. Pronaca (Quito, l-Ekwador)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1039/2015-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Porcesadora Nacional de Alimentos C. A. Pronaca u Convivo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Convivo GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
( 1 ) ĠU C 260, 18.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy