4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Fruits de Ponent vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-290/16) (1)
((Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Swieq tal-ħawħ u tan-nuċiprisk - Perturbazzjonijiet li batew s-swieq matul l-istaġun 2014 - Embargo Russu - Miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi - Regolamenti ta’ Delega (UE) Nri 913/2014 u 923/2014 - Dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi - Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ksur suffiċjentement serju - Rabta ta' kawżalità))
(2019/C 82/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fruits de Ponent, SCCL (Alcarràs, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent, J. Mier Albert, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initzjalment I. Galindo Martín u K. Skelly, sussegwentement I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u li hija intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minn tliet membri tar-rikorrenti minħabba atti jew omissjonijiet tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (JO 2014, L 248, p. 1), u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fruits de Ponent, SCCL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 270, 25.7.2016.
Full & Egal Universal Law Academy