22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Anta (China) vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox)
(Kawża T-291/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 161/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anta (China) Co. Ltd (Jinjiang City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Franke u K. Hammerstingl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1292/2015-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Anta (China) Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 1.8.2016.