3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/60
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2019 — Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/16) (1)
(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/387 - Impożiżzjoni ta’ dritt kumpensatur definittiv - Sistema indjana li tistabbilixxi taxxa fuq l-esportazzjoni fuq metall mhux maħdum u trattament tariffarju doppju għat-trasport ferrovjarju li huwa żvantaġġuż għat-trasport tal-ħadid mhux maħdum maħsub għall-esportazzjoni - Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 [issostitwit bir-Regolament (UE) 2016/1037] - Kontribuzzjoni finanzjarja - Provvista ta’ oġġetti - Azzjoni li biha organu provat jiġi ‘inkarigat’ jeżegwixxi l-funzjoni li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja - Artikolu 4(2)(a) tar-RegolamentNru 597/2009 - Speċifiċità ta’ sussidju - Artikolu 6(d) tar-Regolament Nru 597/2009 - Kalkolu tal-vantaġġ - Danni tal-industrija tal-Unjoni - Kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġni ta’ danni - Rabta kawżali - Aċċess għad-data kunfidenzjali u tal-investigazzjoni antidumping - Drittijiet tad-difiża”)
(2019/C 187/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja), Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u G. Luengo, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Saint-Gobain Pam (Pont-à-Mousson, Franza) (rappreżentanti: O. Prost, A. Coelho Dias u C. Bouvarel, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU 2016, L 73, p. 1), safejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, huwa annullat safejn dan jikkoċerna lil Jindal Saw Ltd.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż sostnuti minn Jindal Saw u Jindal Saw Italia SpA.
3)
Saint-Gobain Pam għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy