6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-310/16) (1)
(Dumping - Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 11(4) u (5) u Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru Artikolu 11(4) u (5), u Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Rifjut li jingħata l-istatus ta’ produttur-esportatur ġdid fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Teħid ta’ kampjuni - Eżaminazzjoni individwali - Kunfidenzjalità)
(2019/C 155/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd (Foshan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: B. Spinoit, D. Philippe u A. Wese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Demeneix, M. França u T. Maxian Rusche, sussegwentement minn A. Demeneix, T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: V. Akritidis, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2016) 2136 finali, tal-15 ta’ April 2016, li tiċħad talba għall-istatus ta’ produttur esportatur ġdid f’dak li jikkonċerna l-miżuri antidumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Cerame-Unie AISBL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 305, 22.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy