27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2017 – Moravia Consulting vs EUIPO – Citizen Systems Europe (SDC-444S)
(Kawża T-318/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SDC-444S - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata SDC-444S - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Provi li jistabbilixxu l-kontenut tad-dritt nazzjonali - Regola 19(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saret l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 402/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Moravia Consulting spol. s r. o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Citizen Systems Europe GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat, J. Lipinsky, J. Hagenberg, T. Hollerbach u C. Nitschke, avocats)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ April 2016 (Każ R 1573/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Moravia Consulting u Citizen Systems Europe.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Moravia Consulting spol. s r. o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 8.8.2016.