Kawża T-325/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – České dráhy vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Proporzjonalità — Assenza ta’ natura arbitrarja — Obbligu ta’ motivazzjoni — Indizji suffiċjentement serji — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Drittijiet tad-difiża”)
C2762018MT4010120180620MT0067401412
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2018 – České dráhy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-325/16) ( 1 )
“(“Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Proporzjonalità — Assenza ta’ natura arbitrarja — Obbligu ta’ motivazzjoni — Indizji suffiċjentement serji — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Drittijiet tad-difiża”)”2018/C 276/67Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: České dráhy a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: K. Muzikář, J. Kindl u V. Kuča, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Biolan, G. Meessen, P. Němečková u M. Šimerdová, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament tal-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2417 finali tat-18 ta’ April 2016 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, indirizzata lil České dráhy kif ukoll lill-kumpanniji kolllha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, li tordnalhom li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni (Każ AT.40156 – Falcon).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2417 finali tat-18 ta’ April 2016 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, indirizzata lil České dráhy kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, li tordnalhom li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni (Każ AT.40156 – Falcon), hija annullata sa fejn hija tikkonċerna rotot oħra minbarra r-rotta Praga-Ostrava u aġir ieħor minbarra l-allegata prattika ta’ prezzijiet inferjuri għall-ispejjeż ta’ produzzjoni.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
( 1 ) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy