31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Bundesverband Deutsche Tafel vs EUIPO – Tiertafel Deutschland (Tafel)
(Kawża T-326/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Tafel - Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti”])
(2017/C 249/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nitschke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ April 2016 (Każ R 248/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tiertafel Deutschland u Bundesverband Deutsche Tafel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bundesverband Deutsche Tafel eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 8.8.2016.