7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Ġunju 2017 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Fratelli Polli (ANTICO CASALE)
(Kawża T-327/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ANTICO CASALE - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g), u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 256/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fratelli Polli, SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bacchini, M. Mazzitelli u E. Rondinelli, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ April 2016 (Każ R 1337/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aldi Einkauf u Fratelli Polli.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 8.8.2016.