26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Paice vs EUIPO – Blackmore (DEEP PURPLE)
(Kawża T-328/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DEEP PURPLE - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata DEEP PURPLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Sistema tal-azzjoni ta’ common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Assenza ta’ riskju ta’ preżentazzjoni qarrieqa”)
(2018/C 427/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Stephenson, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Edwards-Stuart, sussegwentement minn T. Alkin, barristers)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 736/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn I. Paice u R.H. Blackmore.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ian Paice huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 305, 22.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy