4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2018 – Bristol-Myers Squibb Pharma vs Il-Kummissjoni u EMA
(Kawża T-329/16) (1)
((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti mediċinali orfni - Deċiżjoni li tiġi rtirata d-denominazzjoni ta’ Elotuzumab bħala prodott mediċinali orfni - Deċiżjoni li tqis li l-kriterji għal din id-denominazzjoni ma kinux issodisfatti - Awtorizzazzjon ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Empliciti (Elotuzumab) - Artikolu 5(12)(b) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 - Artikolu 5(8) tar-Reoglament Nru 141/2000 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2019/C 44/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG (Uxbridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Bogaert u B. Van Vooren, avukati, u B. Kelly, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u K. Petersen, aġenti) u L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: N. Rampal Olmedo, M. Tovar Gomis, T. Jabłoński u S. Drosos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ att tal-Kummissjoni li jħassar lil Elotuzumab mir-reġistru Komunitarju tal-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem jew ta’ eventwali att tal-Kummissjoni jew tal-EMA li jqis li Elotuzumab ma kienx għadu jissodisfa l-kriterji għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Empliciti (Elotuzumab), bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy