11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Hello Media Group vs EUIPO – Hola (#hello digitalmente diferentes)
(Kawża T-330/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #hello digitalmente diferentes - Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELLO! - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar0Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża”])
(2017/C 424/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hello Media Group, SL (Madrid, Spanja), ammessa sabiex tissostitwixxi lil Hello Media, SL (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti(jiet) oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hola, SL (Madrid) (rappreżentant: F. Arroyo Álvarez de Toledo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Borda tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2016 (Każ R 1979/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hola u Hello Media.
Dispożittiv
1)
Hello Media Group, SL, hija ammessa sabiex tissostitwixxi lil Hello Media, SL, bħala rikorrenti.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Hello Media Group hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.