29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (360o)
(Kawża T-333/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 360o - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001)”))
(2018/C 032/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u A. Stolz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2016 (Każ R 2287/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv 360o bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.