20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACCINO)
(Kawża T-337/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACCINO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 392/30)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Caricato, sussegwentement M. Cartella u B. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Francetti, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ April 2016 (Każ R 1172/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gianni Versace u Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.