Kawża T-340/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Flatworld Solutions vs EUIPO – Outsource Professional Services (Outsource 2 India) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Outsource 2 India — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]
C2492018MT2310120180531MT0028231242
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Flatworld Solutions vs EUIPO – Outsource Professional Services (Outsource 2 India)
(Kawża T-340/16) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Outsource 2 India — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]”2018/C 249/28Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Flatworld Solutions Pvt Ltd (Bangalore, l-Indja) (rappreżentanti: S. O. Gillert, K Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Intervenjenti: Outsource Professional Services Ltd (Friedrichshafen, il-Ġermanja), ammessa sabiex tissostitwixxi l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell (rappreżentant: A. Kempter, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2016 (Każ R 611/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Flatworld Solutions u Outsource2India.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ April 2016 (Każ R 611/2015-4), hija annullata.
(2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Flatworld Solutions Pvt Ltd.
(3)
Outsource Professional Services Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
( 1 ) ĠU C 305, 22.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy