26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Blackmore vs EUIPO – Paice (DEEP PURPLE)
(Kawża T-344/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DEEP PURPLE - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata DEEP PURPLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Sistema tal-azzjoni ta’ common law minħabba abbuż ta’ denominazzjoni (action for passing off) - Assenza ta’ riskju ta’ reklamar qarrieqi - Artikolu 177(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà”)
(2018/C 427/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Edwards-Stuart, sussegwentement T. Alkin, barristers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Stephenson, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 736/2015-5), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn I. Paice u R. H. Blackmore.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Richard Hugh Blackmore huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy