22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA
(Kawża T-348/16) (1)
((Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-seba’ programm-qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratt Minatran - Spejjeż eliġibbli - Proċedura fil-kontumaċja”))
(2017/C 161/41)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessalonika, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (rappreżentanti: M. Pesquera Alonso u F. Sgritta, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li d-dejn li jidher fuq in-nota ta’ debitu tal-ERCEA Nru 3241606289, tas-26 ta’ Mejju 2016, li huwa intiż li r-rikorrent jirrimborsa parti, ta’ ammont ta’ EUR 245 525,43, tas-sussidju li rċieva għall-proġett Minatran, huwa mingħajr bażi u li din is-somma tikkorrispondi għall-ispejjeż eliġibbli.
Dispożittiv
1)
Id-dejn li jidher fuq in-nota ta’ debitu tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) Nru 3241606289, tas-26 ta’ Mejju 2016, intiż li Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis jirrimborsa parti, ta’ ammont ta’ EUR 245 525,43, tas-sussidju li huwa rċieva għall-proġett Minatran, huwa mingħajr bażi u din is-somma tikkorrispondi għall-ispejjeż eliġibbli.
2)
L-irkupru parzjali permezz ta’ kumpens, li kien jammonta għal ammont ta’ EUR 132 192,12 tal-kreditu mitlub huwa kuntrarju għall-konvenzjoni tas-sussidju Nru 211166 konkluż fit-18 ta’ Awwissu 2008 għall-eżekuzzjoni tal-proġett Minatran u għar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej
3)
L-ERCEA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.