11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA
(Kawża T-348/16 OP) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Oppożizzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza f’kontumaċja - Sentenza interlokutorja”))
(2017/C 300/35)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent fil-kawża prinċipali: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta fil-kawża prinċipali: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (rappreżentanti: M. Pesquera Alonso u F. Sgritta, aġenti, assistiti minn E. Kourakis, avukat)
Suġġett
Oppożizzjoni għas-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis/ERCEA (T-348/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:268).
Dispożittiv
L-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (T-348/16), hija sospiża sakemm tingħata deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni magħmula mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA).
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.