11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA
(Kawża T-348/16 OP) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni - Proġett Minatran - Spejjeż eliġibbli - Kumpens - Sentenza mogħtija fil-kontumaċja - Oppożizzjoni”))
(2019/C 93/50)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti fil-kawża prinċipali: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Tessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta fil-kawża prinċipali: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (rappreżentanti: M. Pesquera Alonso u F. Sgritta, aġenti, assistiti minn E. Kourakis u P. Dikaiou, avukati)
Suġġett
Oppożizzjoni mressqa mill-ERCEA mis-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (T-348/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:268).
Dispożittiv
1)
Il-punti 1, 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (T-348/16), huma annullati.
2)
Il-pretensjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA) Nru 3241606289, tas-26 ta’ Mejju 2016, intiża biex Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis tirrimborsa parti, minn ammont ta’ EUR 245 525,43, tas-sussidju li rċeviet għall-proġett Minatran, hija infondata sa ammont ta’ EUR 233 611,75 u dan l-aħħar ammont jikkorrispondi għal spejjeż eliġibbli.
3)
Ir-rikors ippreżentat minn Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis u l-oppożizzjoni mressqa mill-ERCEA huma miċħuda għall-bqija.
4)
L-ERCEA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għall-ispejjeż ta’ Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis sostnuti fil-Kawżi T-348/16 u T-348/16 OP.
5)
L-ERCEA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għall-ispejjeż ta’ Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis sostnuti fil-Kawża T-348/16 OP-R.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy