Kawża T-362/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Tillotts Pharma vs EUIPO – Ferring (XENASA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali XENASA — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti PENTASA — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
C2682018MT3210120180619MT0038321321
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Tillotts Pharma vs EUIPO – Ferring (XENASA)
(Kawża T-362/16) ( 1 )
“(Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali XENASA — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti PENTASA — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”2018/C 268/38Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tillotts Pharma AG (Rheinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Fowler, solicitor, u D. Slopek, avukat, sussegwentment minn I. Fowler)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 (Każ R 3264/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring u Tillotts Pharma.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ April 2016 (Każ R 3264/2014-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati, minbara l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Tillotts Pharma AG.
3)
Ferring BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 314, 29.8.2016.
Full & Egal Universal Law Academy