10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Mejju 2017 – Sabre GLBL vs EUIPO (INSTASITE)
(Kawża T-375/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INSTASITE - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 221/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sabre GLBL (Southlake, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u S. Crabbe, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ April 2016 (Każ R 1742/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INSTASITE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sabre GLBL, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 326, 5.9.2016.
Full & Egal Universal Law Academy