27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Asna vs EUIPO – Wings Software (ASNA WINGS)
(Kawża T-382/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ASNA WINGS - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux WINGS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”])
(2017/C 402/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asna, Inc. (San Antonio, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. Erdoszain López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wings Software BVBA (Heist-Op-den-Berg, il-Belgju) (rappreżentanti: C. Dekoninck u J. Bussé, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ April 2016 (Każ R 436/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wings Software u Asna.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Asna, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.