27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2017 – Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo vs EUIPO – Zanini Porte (silente PORTE & PORTE)
(Kawża T-386/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea silente PORTE & PORTE - Użu ġenwin - Post tal-użu - Natura tal-użu - Użu minn terzi - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 402/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo Snc (Caerano di San Marco, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Di Natale u L. Rampini, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zanini Porte SpA (Bosco Chiesanuova, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 240/2015-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Zanini Porte u Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Falegnameria Universo dei F.lli Priarollo Snc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016.