28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Windfinder R&L vs EUIPO (Windfinder)
(Kawża T-395/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Windfinder - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Neoloġiżmu - Rabta mhux suffiċjentement diretta u konkreta ma’ ċerti prodotti u servizzi msemmija mill-applikazzjoni għat-trade mark - Setgħa ta’ riforma”])
(2017/C 283/66)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Windfinder R&L GmbH & Co. KG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schneider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1206/2015-5), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Windfinder bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1206/2015-5) hija annullata sa fejn hija tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Windfinder għal prodotti u servizzi kkontestati, bl-eċċezzjoni tal-anemometri, li jaqgħu taħt il-Klassi 9 fis-sens tal-Arranġament ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, u tal-informazzjoni metereoloġika, tal-previżjoni metereoloġika, tas-servizz ta’ informazzjoni metereoloġika u tat- tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni metereoloġika, li jaqgħu taħt il-Klassi 42 fis-sens tal-Arranġament ta’ Nice.
2)
Ir-rikors ippreżentat minn Windfinder R & L GmbH & Co. KG quddiem l-imsemmi Bord tal-Appell huwa milqugħ fil-kundizzjonijiet definiti fil-punt 1 tad-dispożittiv.
3)
Il-kumplament tat-talbiet ta’ Windfinder R & L huwa miċħud.
4)
Windfinder R &L u l-EUIPO għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 343, 19.9.2016.