26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Starbucks vs EUIPO – Nersesyan (COFFEE ROCKS)
(Kawża T-398/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva COFFEE ROCKS - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti STARBUCKS COFFEE - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 072/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Starbucks Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Schmitt, avukat u I. Fowler, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Kusturovic, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hasmik Nersesyan (Borgloon, il-Belġju)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2016 (Każ R 559/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Starbucks Corp. u Hasmik Nersesyan.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Mejju 2016 (Każ R 559/2015-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.