24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Maximum Play vs EUIPO (MAXPLAY)
(Kawża T-400/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MAXPLAY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maximum Play, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2273/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MAXPLAY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Maximum Play, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.