15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2017 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Urgo recherche innovation et developpement (Immunostad)
(Kawża T-403/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Immunostad - Trade mark nazzjonali preċedenti ImmunoStim - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tat-trade marks - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Parti sinjifikattiva tal-pubbliku rilevanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])
(2018/C 013/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Botis, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Urgo recherche innovation et développement, li kienet Société de développement et de recherche industrielle, sussegwentement Vivatech (Chenôve, Franza) (rappreżentanti: A. Sion u A. Delafond-Nielsen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2016 (Każ R 863/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vivatech u Stada Arzneimittel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 335, 12.9.2016.