21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Lulju 2017 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)
(Kawża T-406/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ nullità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JAPRAG - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti JAPAN-RAG - Raġuni arelattiva għal rifjut - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 277/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Dogg Label (Marseille, Franza) (rappreżentant: M. Angelier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Patrick Chemoul (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Hoffman, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Mejju 2016 (Każ R-2336/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Dogg Label u P. Chemoul.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Mejju 2016 (Każ R-2336/2015-2) hija annullata.
2)
Dogg Label, l-EUIPO u Patrick Chemoul għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 364, 3.10.2016