Kawża T-408/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – HX vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal rimedju effettiv — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Dritt għal kundizzjonijiet ta’ ħajja normali — Ħsara għar-reputazzjoni”)
C2682018MT3220120180619MT0039322332
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – HX vs Il-Kunsill
(Kawża T-408/16) ( 1 )
“(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal rimedju effettiv — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Dritt għal kundizzjonijiet ta’ ħajja normali — Ħsara għar-reputazzjoni”)”2018/C 268/39Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: HX (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Koev u S. Klukowska, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment I. Gurov u G. Étienne, sussegwentement I. Gurov u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L, 141, p. 30), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 15), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HX huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 419, 14.11.2016.
Full & Egal Universal Law Academy