25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-409/16) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għar-rispett tar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni tal-innoċenza - Restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Proporzjonalità”))
(2019/C 72/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damaksu, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou, u A. Vitro, u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ehab Makhlouf huwa kkundannat sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy