Kawża T-418/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Galletas Gullón vs EUIPO – O2 Holdings (Forma ta’ pakkett ta’ gallettini) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ pakkett ta’ gallettini — Dikjarazzjoni ta’ revoka — Estent tal-użu — Assenza ta’ bidla fil-karattru distintiv”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Galletas Gullón vs EUIPO – O2 Holdings (Forma ta’ pakkett ta’ gallettini)
(Kawża T-418/16) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ pakkett ta’ gallettini — Dikjarazzjoni ta’ revoka — Estent tal-użu — Assenza ta’ bidla fil-karattru distintiv”)”
2017/C 412/38Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: I. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: O2 Holdings Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Rebling, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1614/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn O2 Holdings Ltd u Galletas Gullón.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1614/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn O2 Holdings Ltd u Galletas Gullón, hija annullata.
2)
L-EUIPO u O2 Holdings Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 343, 19.9.2016.