8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – Carrera Brands vs EUIPO – Autec (Carrera)
(Kawża T-419/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Carrera - Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Ammissibbiltà tat-talba għal revoka - Ftehim ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni - Deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali - Abbuż ta’ dritt - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430] - Talba għas-sospensjoni tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO”])
(2018/C 005/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Carrera Brands Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Markowsky, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Autec AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Früchtl, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 278/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Autec u Carrera Brands.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Carrera Brands Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 19.9.2016.